Friday, November 15, 2024

Il-Ministeru għal Għawdex jinvesti f’ħames karozzi elettriċi

Aqra wkoll

Il-Ministru għal Għawdex Clint Camilleri ħabbar li fil-qafas tal-istrateġija u l-pjan tal-Gvern li jippromwovi aktar l-użu tal-karozzi elettriċi, il-Ministeru għal Għawdex investa f’ħames karozzi elettriċi li se jkunu qed jintużaw għall-użu ġenerali tad-direttorati fi ħdan l-istess ministeru.

Il-Ministru Camilleri spjega li permezz ta’ dan il-proġett, il-Gvern se jkun qiegħed jibda jwettaq il-qalba tal-flotta tal-karozzi b’magni li jaħdmu bid-diesel jew bil-petrol, u li bħalissa jintużaw mill-ministeri, għal flotta ta’ karozzi elettriċi. B’hekk innaqqsu l-emissjonijiet u nħeġġu aktar lill-poplu Għawdxi jinvesti fil-karozzi elettriċi. Dan jintegra fi pjan ieħor tal-Gvern li jpoġġi numru ta’ charging points għall-karozzi elettriċi fil-lokalitajiet kollha f’Malta u f’Għawdex.

Min-naħa tiegħu, id-Direttur ta’ EkoGħawdex Joseph Cutajar qal li dan il-proġett pilota, imwettaq mid-direttorat EkoGħawdex fi ħdan l-istess ministeru, huwa parti integrali mit-twettiq tal-istess viżjoni u strateġija tad-direttorat.

Ekonomija

Sport