Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar, Clint Camilleri, ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin ser titwaqqaf il-kumpanija Projects Gozo Ltd.
Projects Gozo Ltd. ser tkun responsabbli mit-twettiq tal-proġetti kapitali f’Għawdex kif ukoll miż-żamma tal-istess proġetti wara t-tlestija tagħhom.
Hekk kif il-Ministeru għal Għawdex u l-Ippjanar kulma jmur qed jimplimenta proġetti ambizzjużi u kumplessi, inħasset il-ħtieġa li titwaqqaf din il-kumpanija sabiex jiġi assigurat li l-proġetti li hemm skedati mhux biss jiġu implimentati iżda jinżammu u jitmexxew b’mod professjonali.
Projects Gozo Limited ser tkun kumpanija tal-Gvern ta’ Malta.