Monday, September 23, 2024

L-inflazzjoni f’Awwissu kienet 1.5 fil-mija

Aqra wkoll

Fix-xahar ta’ Awwissu 2024, ir-rata annwali tal-inflazzjoni kif imkejla mill-Indiċi tal-Prezzijiet bl-Imnut (RPI) kienet taʼ 1.5 fil-mija, żieda ta’ 0.1 fil-mija mir-rata taʼ 1.4 fil-mija rreġistrata fix-xahar ta’ Lulju 2024. 

Fl-istess xahar, l-akbar kontribuzzjoni għall-inflazzjoni annwali ġiet mill-Indiċi tal-Ikel, l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tas-servizzi tar-ristoranti. It-tieni u t-tielet l-akbar kontributuri kienu nnotati fl-Indiċi taʼ prodotti u servizzi oħra u fl-Indiċi tal-kura personali u s-saħħa, l-aktar minħabba prezzijiet ogħla tal-assigurazzjonijiet u tal-prodotti tal-iġjene personali, rispettivament.

L-Indiċi tal-prodotti u servizzi oħra rreġistra l-ogħla rata annwali taʼ inflazzjoni bʼ4.7 fil-mija, li minnha l-ġojjelli, arloġġi tal-idejn u oġġetti oħra rreġistraw rata annwali taʼ 7.7 fil-mija, il-prodotti li jintużaw għall-ħasil u t-tisjir irreġistraw rata annwali taʼ 6.2 fil-mija, is-servizzi veterinarji inkluż ikel għall-annimali domestiċi u servizzi domestiċi rreġistraw rata annwali taʼ 0.9 fil-mija, filwaqt li l-assigurazzjonijiet, servizzi finanzjarji u servizzi oħra rreġistraw rata annwali taʼ 4.7 fil-mija.

L-Indiċi tal-ilma, elettriku, gass u fjuwils irreġistra l-aktar rata baxxa taʼ 0.00 fil-mija inflazzjoni annwali minħabba li l-prezzijiet fis-settur baqgħu ma nbidlux 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport