Sunday, December 22, 2024

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni jaħtar kumitat interim biex jiżgura kontinwità fl-MCAST

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni fi stqarrija ħabbar li ħatar kumitat interim biex jiżgura kontinwità fl-MCAST wara li l-Prof. James Joachim Calleja mhux se jkompli fil-kariga ta’ Prinċipal tal-MCAST.

L-istqarrija tgħid li l-kumitat se jkun magħmul minn membri tal-Bord tal-Gvernaturi tal-MCAST u uffiċjali pubbliċi mis-servizz pubbliku.

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni spjega li dan il-proċess ta’ tibdil qed isir b’konformità mar-regoli tal-amministrazzjoni pubblika, skont kif ikkomunikat mal-partijiet ikkonċernati f’Mejju li għadda

Qal li flimkien mat-tmexxija ta-MCAST dan il-kumitat se jkun qiegħed jaħdem biex jassigura li l-istudenti, il-letturi, l-edukaturi u l-ħaddiema kollha tal-MCAST ikomplu jingħataw l-appoġġ f’dawn iż-żminijiet.

Il-kumitat se jkollu l-irwol li joħroġ sejra għal prinċipal ġdid u anke jikkordina l-operat tal-MCAST għal ftuħ tas-sena akkademika ġdida.

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni rringrazzja lill-Prof. Calleja tas-servizz tiegħu bħala Prinċipal tal-MCAST għas-sitt snin li għaddew.

Ekonomija

Sport