Sunday, December 22, 2024

Il-Ministeru tal-Edukazzjoni b’laqgħat sabiex l-istudenti jkunu jistgħu jkomplu l-istudji tagħhom

Aqra wkoll

Il-Ministeru għall-Edukazzjoni, l-Isport, iż-Żgħażagħ, ir-Riċerka u l-Innovazzjoni, qal li ilu jsegwi s-sitwazzjoni fil-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija (MCAST).

Huwa nnota s-sitwazzjoni li żviluppat f’dawn il-jiem minħabba nuqqas ta’ ftehim fin-negozjati dwar il-ftehim kollettiv bejn il-Malta Union of Teachers (MUT) u l-MCAST.

Il-Ministeru qal li jirrispetta l-awtonomija tal-Kulleġġ Malti għall-Arti, ix-Xjenza u t-Teknoloġija fuq kull livell, inkluż dak ta’ ftehim kollettiv, ġaladarba dan ma ġiex konkluż, bil-konsegwenza li hemm f’posthom direttivi li jolqtu lill-istudenti.

Huwa qal li se jkun qiegħed jintervjeni u filwaqt li qed joffri l-assistenza tiegħu biex jiġu konklużi dawn in-negozjati, skeda wkoll numru ta’ laqgħat mal-partijiet konċernati.

L-għan huwa li dawn in-negozjati jwasslu għal żblokk, filwaqt li jkunu sospiżi d-direttivi biex l-istudenti jkomplu bl-andament tas-sena skolastika tagħhom.

Ekonomija

Sport