Wednesday, July 24, 2024

Il-Ministeru tal-Intern jispjega l-fatti dwar l-investigazzjoni fil-ħabs

Aqra wkoll

“B’referenza għall-istqarrija maħruġa mill-Oppożizzjoni u l-kelliem tagħha, il-Ministeru jerġa’ jtenni dak li qal lill-mezzi tax-xandir meta ġie mistoqsi ċioè, li malli kien hemm l-għarfien tal-akkadut matul il-ġimgħa li għaddiet sar rapport immedjat lill-Pulizija u skattat investigazzjoni”.

Dan qalitu l-Ministeru għall-Intern, Sigurtá u Xogħol fi stqarrija, fejn ġie spjegat li l-persuna kkonċernata hija fuq forced leave.

Ingħad ukoll li fl-Aġenzija ma jitkellimx il-politiku, imma jitkellmu r-riżultati. Il-Ministeru qal li llum il-ħabs huwa ħieles mid-droga, saru u għadhom għaddejjin riformi kbar.

Qal ukoll li l-Gvern qed ikompli jinvesti ta’ kuljum f’aktar professjonisti, f’aktar programmi rijabilitattivi u anke fl-infrastruttura.

Ekonomija

Sport