Wednesday, July 24, 2024

Alex Agius Saliba jerġa’ jinħatar Viċi President tas-Soċjalisti u Demokratiċi

Aqra wkoll

Għal darb’oħra il-Membru Parlamentari Ewropew Alex Agius Saliba reġa’ inħatar Viċi President tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi.

Dan wara li kien hemm il-votazzjonijiet mill-MEPs li jiffurmaw parti mill-grupp tas-Soċjalisti fil-Parlament Ewropew. Midja internazzjonali rrapurtat ukoll li l-President tal-grupp ġiet kkonfermata li hi Iratxe García Pérez.

Intant, f’messaġġ fuq Facebook, Agius Saliba rringrazzja lill-Ewro-Parlamentari tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi tal-fiduċja tagħhom għal terminu ieħor. Tenna li se tkompli l-ħidma b’risq il-Maltin u l-Għawdxin kollha.

Ekonomija

1 kumment

Comments are closed.

Sport