Wednesday, October 9, 2024

Il-Ministru Byron Camilleri f’laqgħa mal-POU b’diskussjoni dwar vjolenza fuq il-Pulizija

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol Byron Camilleri kellu laqgħa mal-Police Officer’s Union, li matula ġie diskuss it-tisħiħ tal-liġijiet dwar vjolenza fuq pulizija u uffiċjali pubbliċi, li l-għan tiegħu ser ikun li jibgħat messaġġ b’saħħtu lis-soċjetà. Diskussjoni li hija parti minn sensiela ta’ konsultazzjonijiet li l-Ministeru qed jagħmel dwar dawn il-bidliet bil-għan li jirriflettu l-esperjenzi tal-Korpi Dixxiplinati u ta’ min jirrappreżentahom.

Il-Ministru Byron Camilleri spjega li dan it-tisħiħ legali huwa prijorità fuq l-aġenda tal-Gvern u li kif dejjem kien rifless fid-deciżjonijiet u fil-ħidma mwettqa f’dan is-settur, huwa maħsub li flimkien mal-investiment fir-riżorsi u fil-kundizzjonijiet tal-Korpi Dixxiplinati, jissalvagwardja lill-ufficjali waqt il-qadi ta’ dmirijiethom.

Min-naħa tiegħu l-President tal-Police Officer’s Union, Ray Zammit, esprima s-sodisfazzjon li l-Gvern qiegħed iħares lejn bidliet fil-liġi maħsuba biex iħarxu l-konsegwenzi ta’ atti kundannabbli bħal dawn filwaqt li kellu kliem ta’ tifħir li d-diskussjoni qed iġġib madwar il-mejda lil dawk li jilbsu l-uniformi u lil dawk li jirrappreżentawhom.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport