Wednesday, October 9, 2024

UEL: Roma miżmuma, Ajax u Rangers b’bidu ferm pożittiv

Aqra wkoll

Meta ntlagħab it-tieni programm tal-ewwel ġurnata tal-Fażi tal-Kampjonat tal-UEFA Europa League, Ajax u Rangers kel­lhom bidu ferm tajjeb meta ħarġu rebbieħa filwaqt li Roma sfaw miżmuma 1-1 minn Athletic Bilbao.

Malmo v Rangers – Barra minn darhom, Rangers għelbu lit-team Svediż ta’ Malmo bl-iskor ta’ 2-0 bil-goals jaslu wieħed f’kull taqsima minn Nedim Bajrami wara 55 sekondi u Ross McCausland (76).

Ajax v Besiktas – Ajax kienu fi klassi għalihom meta għelbu lil Besiktas tat-Turkija bl-iskor ta’ 4-0, bil-protagonisti jkunu Kian Fitz Jim (31), Mika Godts (51, 73) u Kenneth Taylor (55).

Roma v Athletic Bilbao – Roma ospitaw lil Athletic u temmew fi draw ta’ 1-1.

Kien Artem Dovbyk (32) li fetaħ l-iskor għal Roma iżda Aitor Paredes (86) kiseb id-draw għall-Ispanjoli. 

Fenerbahce v St Gilloise – It-team immexxi mill-coach, José Mourinho, Fe­nerbahce, għeleb li St Gilloise tal-Belġju bl-iskor ta’ 2-1.

Caglar Soyuncu (26) u auto-goal ta’ Christian Burgess (82) taw vantaġġ doppju lit-Torok filwaqt li Ross Sykes (93) kiseb id-draw momentarju għal St Gilloise li mi­nuta qabel Franjo Ivanovic falla penalty għalihom. Kull team kellu player imkeċċi – Kevin Mac Allister (74) għall-Belġjani u Bright Osayi-Samuel (90)  għat-Torok.

Tottenham v Qarabag – Il-partita bejn Tottenham Hotspur u Qarabag ittardjat b’40 minuta minħabba li dawn tal-aħħar damu ma waslu f’Tottenham Stadium kawża tal-konġestjoni eno­mi tat-traffiku f’Londra. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport