Friday, December 13, 2024

Il-Ministru Evarist Bartolo jżur il-Qatar sabiex jiġu diskussi temi ta’ interess bilaterali

Aqra wkoll

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo qiegħed imexxi delegazzjoni Maltija fi żjara fil-Qatar bl-għan li jkomplu jissaħħu r-relazzjonijiet bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ir-rabtiet bejn Malta u l-Qatar imorru lura 45 sena, bi ħbiberija bejn iż-żewġ pajjiżi li ssarfet f’koperazzjoni sinċiera f’diversi oqsma, inkluż fil-ġlieda kontra l-pandemija COVID-19 li matulha l-Qatar kien ta’ sostenn għal Malta.

Matul din iż-żjara, se jissoktaw it-taħditiet dwar il-ftuħ ta’ Ambaxxata Maltija ġdida fil-Qatar u dan sabiex pajjiżna jkompli jsaħħaħ il-preżenza diplomatika tiegħu fost il-pajjiżi tal-Golf.

Id-diskussjonijiet se jiffokaw ukoll fuq it-tisħiħ tad-diplomazija favur il-paċi fil-Lvant Nofsani u l-Mediterran. Dan flimkien ma’ temi oħra ta’ interess reċiproku, fosthom it-turiżmu, il-konnettività bl-ajru bejn iż-żewġ pajjiżi, is-settur tat-telekomunikazzjoni, is-settur finanzjarju, kif ukoll temi kummerċjali.

Ekonomija

Sport