Il-Ministru għall-Edukazzjoni u l-Isport, Byron Camilleri, feraħ lil Francesca Curmi talli kitbet l-istorja għal Malta, hekk kif saret l-ewwel atleta Maltija li kkompetiet fi Grand Slam tat-tennis professjonali fost l-aqwa plejers tad-dinja.
Camilleri rrimarka li “f’laqgħa riċenti magħha, fhimt aħjar il-passjoni, is-sagrifiċċju u d-dedikazzjoni professjonali fl-isport,” filwaqt li stqarr li se jkomplu joffrulha l-għajnuna u l-appoġġ tul il-vjaġġ sportiv tagħha.




