Thursday, December 26, 2024

Il-Ministru Ian Borg iniedi d-dehra ġdida tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi

Aqra wkoll

Preżentati wkoll ċertifikati lill-impjegati li temmew numru ta’ korsijiet ta’ taħriġ

Il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l-Proġetti Kapitali Ian Borg nieda l-kunċett ta’ rebranding  tad-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi li se jkun qed tagħti dehra ġdida u l-opportunità sabiex il pubbliku ikollu aċċess aħjar għal dan id-dipartiment. Segwew ukoll l-għotja taċ-ċertifikati lil dawk li  komplew korsijiet organizzati mill-istess dipartiment. 

Il-Ministru Ian Borg ta bidu għad-diskors tiegħu billi qal li sabiex jingħata l-aqwa servizz lill pubbliku, il-ħaddiem irid ikollu l-aqwa ambjent u mezzi possibbli fejn iwettaq il-ħidma tiegħu. “Għal  dan il-għan ħassejna l-ħtieġa li nagħtu dehra ġdida u nimmodernizzaw aktar l-aċċess għal dan id dipartiment li qed iwettaq ħidma siewja madwar pajjiżna bi proġetti li jvarjaw minn dawk komunitarji  sa dawk nazzjonali bħall-Malta National Park.” 

Id-dipartiment se jkun qed joffri website ġdida li se tkun qed taġġorna lill-pubbliku bil-proġetti li  jkunu saru u anke dawk li jkunu għaddejjin filwaqt li lill-ħaddiema ingħatatilhom uniformi ġdida. 

Bħala parti mill-attività ġew mogħtija ċ-ċertifikati li jkopru ħames korsijiet. Dawn jinkludu is-CPC li  hu ċertifikat ta’ kompetenza tas-sewwieqa tal-vetturi kbar li jsir kull ħames snin, ċertifikat għat-taħriġ  fil-‘heavy plant’ lis-sewwieqa tal-impjanti, bħal gaffef u excavators, li jingħata kull tliet snin, u l Vocational Education & Training Award For Plasterers li hu taħriġ provdut mill-Jobsplus li jipprepara  lill-ħaddiema fix-xogħol ta’ tikħil. 

B’konformità mar-regoli tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol, il-unit responsabbli mis-Saħħa  u Sigurtà fuq il-post tax-xogħol (O.H.S.U.) fi ħdan il-Ministeru għat-Trasport, l-Infrastruttura u l Proġetti Kapitali, nieda żewg korsijiet li tagħhom ingħata wkoll ċertifikat lil dawk li komplewhom. 

Il-korsijiet jikkonsistu f’taħriġ lill-impjegati dwar l-użu taċ-cherry picker u dwar l-użu tal-harnesses. Tal-ewwel jikkonsisti kemm fi prattika kif ukoll teorija u ġie mtella’ mis-St. Bernard Safety Training  Centre filwaqt li t-taħriġ dwar l-ilbies tal-harnesses kien jikkonsisti wkoll kemm fi prattika kif ukoll  fit-teorija u ġie mtella’ mill-Emergency and Fire Rescue Unit (E.F.R.U).  

F’dawn il-korsijiet id-Dipartiment tax-Xogħlijiet Pubbliċi investa madwar €7,000 fi flus li minnhom  tħallsu il-korsijiet, il-harnesses u l-kiri taċ-cherry pickers.

Ekonomija

Sport