Friday, April 26, 2024

Argument bejn erbat irġiel iħalli raġel ta’ 47 sena bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Ritratt – ROGER AZZOPARDI

Ilbieraħ, għal xi 8:00 p.m, il-Pulizija ġiet infurmata b’argument fi Triq  Għajn Dwieli, Raħal Ġdid.  

Minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li kien qam argument bejn erbat irġiel ta’ 68, 47, 85 u  42 sena, u allegatament intuża oġġett tal-ħadid.  

Żewġt irġiel marru fl-eqred ċentru tas-saħħa fejn dak ta’ 47 sena ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi filwaqt dak ta’ 85 sena sofra ġrieħi ta’ natura ħafifa.  

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin. 

Sport