Saturday, May 4, 2024

Ix-Xlendi milqut minn maltempata kbira

Aqra wkoll

Ritratti – AĠĠORNAMENT TAT-TEMP/JONATHAN MERCIECA/CHARLES PERSICO

Kif kien prevvist, matul il-lejl, il-gżejjer Maltin kienu miluqtin minn maltempata, li għamlet xi ħsarat f’xi lokalitajiet. Għawdex, intlaqtet minn aktar xita, hekk kif il-maltempata żviluppat fin-nofs tal-Mediterran u bdiet niżla ‘l isfel.

Ritratti li qegħdin jiċċirkolaw fuq Facebook juru is-severità tal-maltempata li laqtet lil-lokalità tax-Xlendi, fejn saħansitra l-ilma ġarr karozza għal ġol-baħar.

F’Malta għamlet ftit inqas xita minn Għawdex, izda kienet biżejjed biex tati ftit tan-nifs lill-bdiewa li kif jgħid il-Malti kienu qegħdin jixtiquha aktar mill-manna fid-deżert.

F’medja ta’ 30 minuta f’Għawdex għamlet madwar 50mm ta’ xita.

Sport