Monday, November 11, 2024

Il-Ministru jikkjarifika dwar l-ilmijiet biswit il-promenade inawgurat din il-ġimgħa

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem il-midja nazzjonalista kompliet b’sensiela ta’ attakki fuq il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u Proġetti Kapitali Aaron Farrugia b’rabta mal-inawgurazzjoni tal-promenade ta’ Ta’ Xbiex.

Il-Ministru Farrugia min-naħa tiegħu wieġeb rigward uħud minn dawn l-attakki fejn Net News allegat li l-proġett ma jinkludix bins u li l-plakka li tweħħlet biex tikkomemora l-inawgurazzjoni kienet tneħħiet.

“Apparti, ridtu tqarrqu u semmejtu li t-triq iżomm l-ilma meta bħalissa għaddej proġett separat mill-Water Services Corporation li se jitlesta sal-aħħar ta’ April”, spjega l-Ministru.

Ritratti ippublikat saħansitra juri nies mexjin fuq il-promenade inawgurat

Ritratti u kitbiet fil-midja soċjali komplew jiżdiedu wara l-maltemp li ħakem il-gżejjer Maltin fl-aħħar jiem kkawża biex inġemgħu xi ilmijiet fl-akwati.

Ir-ritratti fil-midja kienu juru parti oħra mill-akwati, li tiġi triq il-Monsinjur Dandria, kantuniera max-xatt, f’liema triq għadhom għaddejjin xogħlijiet oħrajn separati.

Il-Ministru fl-inawgurazzjoni tal-Ħamsi, inawgura l-promenade li twessa’ għal dawk li jimxu u li jinkludi wkoll spazju għaċ-ċiklisti fost faċilitajiet oħrajn għad-dgħajjes kif ukoll sistema ta’ irrigazzjoni.

Madanakollu kif ikkonferma l-Ministru stess, ix-xogħlijiet relatati mar-ristrutturar tat-toroq fiż-żona hija xi ħaġa li għadha għaddejja bħala parti mill-korporazzjoni għas-servizzi tal-ilma

Sport