Saturday, October 12, 2024

Il-Ministru Schembri jirringrazzja lill-Kaptan Clifford Chetcuti għax-xogħol li wettaq bħala Kap Eżekuttiv tal-Air Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kaptan Clifford Chetcuti ressaq ir-riżenja tiegħu mill-kariga ta’ Kap Eżekuttiv tal-linja tal-ajru Air Malta fuq raġunijiet personali.

Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri rringrazzja lil Clifford Chetcuti għax-xogħol tajjeb li wettaq sabiex isaħħaħ il-linja tal-ajru matul dawn l-aħħar sentejn.

Huwa faħħar lill-Kaptan Chetcuti għar-reżiljenza tiegħu u l-impenn personali sabiex imexxi l-kumpanija fi żminijiet ta’ sfida.

Anke jekk il-gvern Malti għandu fiduċja sħiħa fil-Kaptan Chetcuti, id-deċiżjoni tiegħu qiegħda tkun rispettata.

Il-Kaptan Chetcuti se jkompli jkun ta’ appoġġ għall-kumpanija sakemm l-Air Malta tappunta Kap Eżekuttiv ġdid. Huwa offra l-appoġġ inkondizzjonat lejn il-linja nazzjonali abbażi ta’ ebda remunerazzjoni.

Sport