Thursday, April 25, 2024

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan ukoll isejjaħ għal djalogu u waqfien mill-attakki fil-Libja

Aqra wkoll

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Taljan, Luigi Di Maio wkoll tenna s-sejħa ta’ pajjiżu biex jieqfu l-attakki fil-Libja u tinstab soluzzjoni politika fi ħdan il-qafas tal-proċess ta’ Berlin. 

Hu qal dan wara laqgħa li kellu mal-Ispeaker tal-Parlament ta’ Tobruk, Aqila Saleh fejn saru sforzi biex jibda djalogu bejn il-Libjani stess, ħallai jsibu soluzzjoni politika. 

Il-laqgħa li saret f’Ruma evalwat ukoll il-possibbiltà li jerġa’ jibda jiġio esportat iż-żejt. Di Maio qal li jekk tkompli mill-ġdid il-produzzjoni taż-żejt, dan ikollu impatt pożittiv fuq l-ekonomija Libjana u fuq in-negozjati politiċi u tas-sigurtà fil-futur. 

Sport