Sunday, December 22, 2024

Il-Ministru tal-Ġustizzja Franċiż għal Qorti akkużat b’kunflitt ta’ interess

Aqra wkoll

Fil-jiem li ġejjin, il-Qorti Franċiża mistennija tagħti l-verdett tagħha fil-proċess tal-Ministru tal-Ġustizzja ta’ Franza, li jinsab akkużat b’kunflitt ta’ interess f’każ fejn l-istess Ministru mbarazza lill-gvern tal-President Emmanuel Macron.

Eric Dupond-Moretti, li minbarra li hu l-Ministru tal-Ġustizzja, kien ukoll jaħdem bħala avukat difensur, lura għall-2021 kien akkużat li uża ħażin il-pożizzjoni tiegħu biex ippattiha lil partitarj opposti b’dak li kien jaf mill-karriera legali tiegħu.
Intant fi Franza, Moretti se jkun l-ewwel Ministru tal-ġustizzja Franċiż, li l-każ tiegħu se jgħaddi ġuri.

Huwa se jkun qiegħed jitressaq mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-Repubblika (CJR) fi Franza stess, li l-unika kompetenza tagħha huwa li tressaq lill-Ministri okkupati jew ex-Ministri għal reati li saru waqt il-kariga.

Dupond-Moretti huwa magħruf ħafna f’pajjiżu, speċjalment għal fatt, li qajjem kontroversja bħala ministru, inkluż rimarki allegatament sessisti fil-konfront ta’ ġurnalisti nisa u għal ġest offensiv tal-idejn waqt dibattitu parlamentari.

Remi Lorrain, wieħed mill-avukati tal-Ministru qal li l-klijent tiegħu ma ħax vendetta u għamel appell sabiex Moretti jitneħħa minn kull akkuża. Minkejja li hu jinsab b’dawn l-akkużi, sab sapport kbir mingħand il-President Emmanuel Macron u l-Prim Ministru Elisabeth Borne.

Skont kif inhuma l-liġijiet fil-Qorti Franċiża, il-Ministru Dupond-Moretti jista’ jeħel sa ħames snin ħabs. Minbarra hekk, huwa jkun fiċ-ċans li jiġi mmultat sa 500,000 ewro (madwar $547,000) u jkun ipprojbixxit milli jibqa jokkupa kariga pubblika.

Ekonomija

Sport