Saturday, May 18, 2024

Tifel ta’ 10 xhur fost it-tfal miżmuma mill-Hamas

Aqra wkoll

Ta’ 10 xhur, Kfir Bibas jinsab fost it-tfal miżmuma mill-Hamas. Huwa maħsub li dan sa issa qatta’ aktar minn ħamsin jum f’ħajtu l’bogħod mill-familjari tiegħu. Dan irrapurtatu midja internazzjonali, li qalet li l-Hamas ħatfu lil dan it-tifel meta kien fid-dar mal-familja fin-Nofsinhar tal-Iżrael. 

Intant f’kumment illi tat il-familja ta’ Kfir, qalet li ma għandhomx informazzjoni ta’ xejn fuqu, lanqas jekk għadux ħaj jew le. F’kumment li tat lic-CNN, Eylon Keshet li tiġi l-kuġina tat-tarbija ta’ għaxar xhur, qalet li familtha ma tistax tieqaf taħseb fuq iċ-ċkejken tagħhom li sa ftit tax-xhur ilu kien iferraħ id-dasr minkejja ċkunitu. Żiedet tgħid li iktar ma jgħaddi żmien, iktar qed jiżdied il-periklu tat-tarbija li tgħix. 

Kfir, ħuh Ariel ta’ erba’ snin, ommhom Shiri, u missierhom Yarden kienu kienu maħtufin wara li fl-Iżrael, lura għas-7 ta’ Ottubru safa attakkat kemm bl-arju kif ukoll fl-art mill-Hamas. Dakinhar kienu inqatlu iktar minn kwart tal-komunità u għexrien spiċċaw maħtufin, bħal ma ġara lil familja Bibas. 

Dakinhar il-Hamas qatlet madwar 1,200 persuna, il-biċċa l-kbira ċivili, madwar in-Nofsinhar ta’ Iżrael dak in-nhar, fejn jirrimarka l-akbar attakk ta’ terrur fuq Iżrael mit-twaqqif tal-pajjiż fl-1948.

Sport