Friday, November 15, 2024

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi f’laqgħa mal-partijiet konċernati għal iżjed tisħiħ fil-liċenzjar tal-kuntatturi

Aqra wkoll

“F’kull biċċa xogħol li jagħmel kull kuntrattur liċenzjat, irid jiżgura li hemm insurance li tkopri dak il-proġett. Dan huwa obbligu ġdid li qed jiddaħħal permezz tal-liġi tal-liċenzjar tal-kuntratturi,” fisser il-Ministru għax-Xogħlijiet Pubbliċi u l-Ippjanar, Stefan Zrinzo Azzopardi.

B’rabta ma’ dan, huwa żvela li iktar kmieni llum kellu laqgħa mal-Malta Developers Association, l-Għaqda Bennejja u Kuntratturi, il-Malta Insurance Association, u l-Insurance Brokers Association, fejn iddiskutew kif jistgħu jkomplu jsaħħu l-obbligu li ġie introdott.

Il-Ministru Zrinzo Azzopardi qal ukoll li matul l-istess laqgħa fassalu pjan biex ikunu jistgħu jesploraw possibilitajiet oħra sabiex “Kuntratturi liċenzjati jiżguraw u jkollhom aċċess għal kopertura ta’ insurance fit-twettiq tax-xogħol tagħhom”.

Fl-aħħar nett, huwa temm il-messaġġ tiegħu billi wiegħed li bħala Ministeru flimkien mal-awtoritajiet konċernati se jkomplu jaħdmu biex tiżdied ir-responsabbiltà, is-serjetà u l-kwalità fis-settur tal-kostruzzjoni.

Ekonomija

Sport