Thursday, April 2, 2026

Il-Mixegħla fil-Fgura 

Aqra wkoll

Fil-lejla ta’ Ħamis ix-Xirka Mixegħla kbira ta’ fjakkoli u rappreżentazzjoni ħajja fil-Fgura illum l-Ħamis mis-7:30pm ‘l quddiem waqt il-Viżti tas-Sagrament, il-Kunsill Lokali tal-Fgura permezz tas-Sezzjoni Kulturali u mal-Kummissjoni Festa Esterna se jkunu qegħdin jorganizzaw mixegħla kbira ta’ fjakkoli li testendi minn fuq iz-zuntier tal-Knisja sat-triq prinċipali u Triq il-Karmelitani. 

Din il-mixegħla bi kwantita’ kbira ta’ fjakkola, se tkun akkumpanjata minn mużika sagra u elementi oħra li normalment nsibu f’dan il-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa. Fit-8:00pm imbagħad fil-maħżen tal-armar ta’ Triq il-Karmelitani, se ssir ir- rappreżentazzjoni ħajja bl-isem, ‘Għażla’. 

Din se tittella’ kull nofsiegħa u d-dħul huwa b’xejn. Wieħed jista jsib ukoll parkegg b’xejn fi Vjal Kottoner. Inħeġġu lil kulħadd jattendi  

(Ritratti 2025-2026)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport