Din is-sena l-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares se terġa’ ssir b’differenza. Din hija s-17-il edizzjoni tal-Mixja li issir fil-lejl bejn Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgha l-Kbira. Din is-sena se tkun b’dedikazzjoni speċjali għal żewġ persuni li huma għal qalb Puttinu Cares – Dr. Victor Calvagna President ta’ Puttinu Cares li miet f’Jannar li għadda wara li kien involut f’inċident tat-traffiku u Anna Marie Farrugia li tiġi bint il-fundatur tal-mija Joe Vella li ħallietna fl-età ta’ 37 sena f’April 2020.
Din is-sena r-rotta se tkun differenti minn snin oħrajn b’sinifikat speċjali. It-tluq se jsir minn żewġ postijiet differenti – mill-pjazza tal-Mellieħa u mill-pjazza tal-Mosta peress li Anna Maria kienet mill-Mellieħa u Dr. Victor Calvagna kien joqgħod il-Mosta. Il-mixja ser tintemm ħdejn l-Aquarium Nazzjonali gewwa l-Qawra.
Il-parteċipanti se jkunu mitluba jofru donazzjoni ta €10 sabiex ikomplu jgħinu lill-Fondazzjoni Puttinu Cares. Bħalissa bejn 60 – 90 pazjent qed isiefru kull xahar u Puttinu daħal għal proġett ġdid ġewwa ċ-ċentru ta’ Londra.
Għaldaqstant, Puttinu Cares qed jistieden lil għaqdiet, familji u ħbieb sabiex jingħaqdu magħhom għal din il-mixja ta’ matul il-lejl nhar il-Ġimgħa 15 ta April f’nofsillejl.
Għal iktar informazzjoni jew dettalji dwar il-mixja ikkuntattjaw lil fundatur tal-mixja Joe Vella 99493643. Dettalji dwar Puttinu Cares ikkuntattjaw lil Rennie Zerafa 99672790