Friday, December 20, 2024

Il-miżura ta’ trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd… “miżura ambjentali”

Aqra wkoll

Il-Ministru għat-Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg iddikjara fil-Parlament li kien hemm rispons pożittiv għall-miżura mħabbra fil-budget 2022 dwar it-trasport pubbliku b’xejn għal kulħadd.Huwa qal li din il-miżura hija waħda ambjentali għax b’dan il-mod wieħed tassew ikun qed jikkontribwixxi biex jonqos it-traffiku f’pajjiżna.

“Fuq kollox irridu nippremjaw lil dawk li diġà jużaw it-trasport pubbliku, iħallsu għalih u rridu nżommuhom u jibqgħu jagħżlu li jivvjaġġaw bit-trasport pubbliku. Dawk vera qed jgħinu biex jikkumbattu l-konġestjoni tat-traffiku.”

Il-Ministru Borg qal li din hija l-bidla fil-kultura li dan il-Gvern ilu jippromwovi u jaħdem fuqha. Huwa spjega li dan is-servizz ta’ trasport pubbliku b’xejn diġà qed jingħata lil diversi faxex tas-soċjetà fosthom dawk li għandhom bejn 14 u 20 sena, lill-persuni b’diżabilità u anzjani. 

“Dejjem kienet il-viżjoni tal-Gvern li jkun fuq quddiem nett biex joffri trasport pubbliku b’xejn lil kulħadd. Se nkunu t-tieni pajjiż fl-Ewropa fejn dan is-servizz se jkun qed jingħata b’xejn,” qal il-Ministru Borg. 

Huwa tenna wkoll li l-Ministru tal-Finanzi fid-diskors tiegħu spjega li hemm bżonn ammont ta’ żmien loġistiku biex wieħed jagħmel dawk l-aġġustamenti meħtieġa biex niżguraw li s-servizz li jingħata, ikun iservi biex jakkomoda b’mod tajjeb lil kull min jagħżel li jiċċaqlaq minn post għall-ieħor permezz ta’ dan is-servizz. 

Ekonomija

Sport