Saturday, May 4, 2024

Kampjonati Nazzjonali tal-Isparar bil-Qaws fuq Barra 2021

Aqra wkoll

Fit-2 u t-3 ta’ Ottubru ta’ din is-sena reġgħu ġew organizzati b’suċċess il-kampjonati annwali tal-isparar bil-qaws fuq barra, fil-Marsa. Dawn il-kampjonati kienu jikkonsistu f’dik li tissejjaħ il-World Archery 1440 Round li fiha jiġu sparati 156 vleġġa fuq distanzi differenti. Id-distanzi jibdew minn 30 metru bogħod u jitilgħu sa 90 metru. 

Kien hemm parteċipazzjoni fil-Kategoriji Compound, Recurve u Barebow kemm tan-nisa kif ukoll tal-irġiel, ta’ etajiet differenti. Il-livell ta’ din is-sena kien ferm għoli. Tajjeb insemmu li kien hemm 15-il rekord nazzjonali ġdid u ngħataw 9 Star performance awards

Dawn ir-riżultati kienu frott tal-iżvilupp tekniku kontinwu u ambizzjuż li l-Assoċjazzjoni qiegħda taħdem fuqu b’ħidma ma taqta’ xejn. L-Assoċjazzjoni qed toffri opportunitajiet varji lil dawk l-atleti li qed jimmiraw biex jilħqu livell tekniku kompetittiv fuq livell internazzjonali. 

Dawn il-kampjonati kienu wkoll pass ieħor għall-arċiera tat-tim Nazzjonali li qed jippreparaw sabiex jieħdu sehem fil-kompetizzjoni internazzjonali tal-isparar bil-qaws li ser issir ġewwa Ċipru, fl-aħħar t’Ottubru. It-tim Nazzjonali qed jitħarreġ taħt il-gwida tal-Head Coach John Schembri. 

Class & Division Result List – Individual

Sport