Wednesday, May 15, 2024

Fl-Awstralja: Żewġ adolexxenti akkużati li qatlu 14-il kangarù

Aqra wkoll

Il-pulizija Awstraljana akkużat żewġ adolexxenti bil-qtil ta’ 14-il kangarù f’belt kostali li tinsab fin-nofsinhar ta’ Sydney.

Fost dawn kien hemm żewġt ifrieħ kangarù filwaqt li ieħor li ndarab instab minn resident l-ġurnata ta’ wara.

In-nies sabu l-annimali maqtula f’żewġ toroq differenti fil-Bajja ta’ Batemans nhar is-Sibt u minn hemm il-pulizija bdiet tinvestiga l-każ.

Il-Pulizija ta’ New South Wales qalet li l-kangarù ttajjru minn karozza. 

Ilbieraħ il-Pulizija arrestat żewġ subien ta’ 17-il sena iżda ma pprovdiet l-ebda informazzjoni dwar x’kien il-mottiv tagħhom.

Intant iż-żewġ subien se jitressqu l-qorti x-xahar id-dieħel. Skont il-liġi ta’ New South Wales, kull min jinstab ħati ta’ moħqrija fuq l-annimali jiffaċċja sa ħames snin ħabs u multa ta’ A$22,000 (£ 12,000; $ 15,000).

Sport