Sunday, December 22, 2024

“Il-miżuri misshom lanqas biss daħlu”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar fil-parlament li minħabba li l-maġġoranza laqgħu l-istedina tal-booster, mis-7 ta’ Frar se jkunu jistgħu jiġu rilaxxati xi miżuri, fosthom li ma jibqax obbligat li jiġi ppreżentat ċ-ċertifikat tat-tilqim f’ristoranti, snack bars u każini.

Bħala Talk.mt nagħżlu li nwasslu r-reazzjonijiet varji tan-nies, in-nies li titkellem u għalhekk wara li aktar kmieni qsamna mal-qarrejja tagħna r-reazzjoni ta’ Michelle Muscat minn Ristorante La Vela, tkellimna wkoll ma’ Rouvin Zammit li għandu r-ristorant ‘One80’. Zammit qalilna li dawn il-miżuri misshom lanqas biss daħlu għax tefgħuhom il-baħar.

Mistoqsi jekk fl-opinjoni tiegħu kienx hemm impatt mill-miżuri fuq is-settur fejn jidħlu l-ħaddiema huwa qalilna li, “le. S’issa l-impatt kien nuqqas ta’ negozju għax qegħdin inkunu silettivi fl-udjenza tagħna. Bħalissa bil-kemm tara turisti u issa qegħdin inkunu silettivi wkoll fuq l-udjenza lokali”.

Ekonomija

Sport