Wednesday, April 24, 2024

“Uħud ma setgħux joperaw għax il-ħaddiema tagħhom mhumiex ewropej”

Carmen Cachia
Carmen Cachia
Ġurnalista

Aqra wkoll

Fl-aħħar jiem id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar fil-parlament li minħabba li l-maġġoranza tal-poplu baqa’ jirrikorri għat-tilqim, wasal iż-żmien li jiġu rilaxxati xi miżuri. Fost numru ta’ miżuri huwa ħabbar li mis-7 ta’ Frar, mhux se jibqa’ fis-seħħ l-obbligu taċ-ċertifikat tat-tilqim biex persuni jidħlu fi stabbilimenti bħalma huma ristoranti, snack bars u każini. Huwa żied jinnota li sa mill-ġimgħa ta’ wara stess se jkunu rilaxxati aktar miżuri sakemm eventwalment issir analiżi tas-sitwazzjoni li tista’ tqarribna dejjem aktar lejn in-normalità.

Dan is-sit tkellem ma’ xi sidien ta’ stabbilimenti lokali u talabhom reazzjoni dwar din l-aħbar, jekk jemmnux li dawn il-ftit jiem li fihom kien obbligat iċ-ċertifikat kellhomx impatt irreparabbli għas-settur anke fuq livell ta’ ħaddiema u kif iħarsu lejn ix-xhur li ġejjin. 

“Il-miżuri ħassbu lill-ħaddiema speċjalment dawk li mhumiex ewropej”

Michelle Muscat sidt ir-ristorant ‘La Vela’ qalet li d-deċiżjoni li mhux se jibqa’ jiġi mitlub iċ-ċertifikat tat-tilqim kontra l-Covid-19 lilha ma tantx għamlitilha differenza minħabba li l-maġġoranza tal-klijenti tagħha huma mlaqqmin. Rigward l-impatt li kellhom il-miżuri fuq is-settur fejn jidħlu l-ħaddiema Muscat qaltilna li dan affetwa minħabba li fis-settur hemm ħaddiema li mhumiex Ewropej. B’differenza għall-każ tagħha, hija qaltilna bi stabbilimenti oħra li ma setgħux jibqgħu jaħdmu bin-nies li kellhom. Dan minħabba li t-tilqima ta’ pajjiżhom ma kinitx aċċettata f’Malta.

Sport