Thursday, April 18, 2024

Tnejn mill-aqwa Atleti tal-OCR ġejjin Malta biex iħarġu tim għal The Grid

Aqra wkoll

L-Atleta Ida Mathilde Steensgaard, Champion tad-Dinja tal-Obstacle Course Race (OCR), flimkien mall-Guinness World Record Breaker u l-Atleta tal-OCR Thomas van Tonder se jiġu Malta għall-avvenimenti ta’ The Grid.

L-atleti tar-Red Bull OCR, li se jżuru Malta f’April u f’Ġunju se jkunu jistgħu jħarrġu total ta’ 8 nisa għall-avveniment Grid Arena f’Lulju u 8 t’irġiel oħra għall-Grid Main Event f’Mejju.

Red Bull u The Grid qed iħabbru sejħa miftuħa għal dawk interessati biex jingħaqdu mat-tim tal-atleti, b’massimu ta’ 50 atleta li se jiġu aċċettati għal kull għażla ta’ tim.

It-tim maskili magħżul minn Thomas se jieħu sehem fl-Elite Wave tal-Main Event f’Mejju u t-tim femminili magħżul minn Ida se jieħu sehem fil-Female Elite Wave tal-Grid Arena l-ġdida f’Lulju.

Ida Mathilde Steensgaard (DK) and Thomas van Tonder (ZA) poses for a portrait at Red Bull Conquer the Castle at Rosenholm Castle in Hornslet, Denmark on September 28, 2019 // Jesper Gronnemark/Red Bull Content Pool // SI201909290779 // Usage for editorial use only //

Fl-OCR, Ida Mathilde Steensgaard hija waħda mill-aktar atleti distinti madwar id-dinja. Diġà rebħet il-kampjonati nazzjonali fid-Danimarka u kisbet midalja tad-deheb fil-Kampjonati Ewropej filwaqt li tefgħet għajnejha biex tirbaħ uħud mill-akbar avvenimenti sportive madwar id-dinja.

Mill-Afrika t’Isfel, Thomas van Tonder huwa wkoll wieħed mill-istilel kbar tat-tlielaq tal-OCR. L-atleta beda l-OCR fl-2013 u spiċċa t-tieni fl-ewwel tiġrija tiegħu. Fi żmien tliet snin sar atleta professjonali. Fl-2019 u fost ħafna rebħiet oħra, Thomas rebaħ it-tiġrija 17 Warrior Black Ops Elite , kif ukoll il-Kampjonati Nazzjonali u l-Kampjonati tas-Serje fl-2016 u l-2018 (kien runner up fl-2017).

Huwa kkompeta wkoll f’erba’ Kampjonati tad-Dinja tal-OCR u kien fl-aqwa 10 għal tliet darbiet. Fis-17 ta’ Novembru 2020 Thomas kiteb ismu fil-Guinness World Records meta kiseb l-iktar rope climb mgħaġġla ta’ 50m.

Is-16-il magħżula mbagħad se jkomplu jiġu mħarrġa u mmonitorjati kemm minn Thomas kif ukoll minn Ida stess.

“M’hemmx li niġu Malta, u nagħmlu t-timijiet tagħna, biex nagħtu l-pariri u tekniki speċifiċi għat-tellieqa tal-OCR, “The Grid”. Se nkunu qed nagħżlu tim ta’ 8 atleti kull wieħed, li jistgħu jipproċedu għal sessjonijiet speċifiċi ta’ taħriġ individwali biex itejbu t-taħriġ tagħhom lejn it-tiġrijiet tal-OCR li se jsiru f’Mejju u f’Lulju. M’għandekx għalfejn tkun atleta tal-OCR, imma trid tkun trid li tirnexxi u titgħallem b’attitudni pożittiva biex tieħu din l-isfida b’mod divertenti. Inwiegħed li se tkun esperjenza pjaċevoli!”

Il-parteċipazzjoni hija b’xejn u tista’ tapplika fuq https://thegridmalta.com/ida-thomas/.

Ekonomija

Sport