Sunday, November 3, 2024

“Il-monkeypox mhix covid oħra… rajna min f’dawn is-sentejn ħa pjaċir jallarma lin-nies”

Id-Deputat Prim Ministru jikkonferma li s'issa f'pajjiżna m'hawn l-ebda każ ta' monkeypox

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Nitlob lilek, lill-midja u lil kull min qiegħed jismagħna biex is-sorsi tagħkom tiħduhom minn sorsi uffiċjali. Le Malta sa llum ma għandna l-ebda każ ta’ monkeypox.” Sostna dan id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne waqt waħda mill-mistoqsijiet li sarulu mill-ġurnalisti b’rabta ma’ allegazzjonijiet ta’ każi tal-monkeypox reġistrati f’pajjiża. Fearne kkonferma li f’Malta sal-lum m’hawnx każi kkonfermati tal-monkeypox, u tenna li klinikament din il-marda tixbah liċ-chickenpox. 

Fearne sostna li “l-monkeypox mhijiex covid oħra”. Minkejja li mhix sitwazzjoni allarmanti, huwa appella biex nimxu b’kawtela. Barra minn hekk il-Ministru qal li dawk li twieldu qabel in-1972 diġà għandhom forma ta’ immunità kontra l-monkeypox għax probabbilment ikunu ħadu t-tilqima tal-ismallpox.

“Hemm wieħed jew żewġ persuni li issa drajnihom f’dawn is-sentejn jieħdu pjaċir jallarmaw. Anke jekk ikollna każijiet, is-sitwazzjoni hija kontrollata u ninsabu preparati biex jekk ikollna każijiet inkunu nistgħu nieħdu ħsiebhom”, tenna Fearne.

Sport