Thursday, November 14, 2024

Il-Montenegro jżid isem Malta fost il-pajjiżi minn fejn qed jaċċetta turisti

Aqra wkoll

Minn MELVIN FARRUGIA

Il-Montenegro żied il-lista ta’ pajjiżi minn fejn jistgħu jmorru turisti biex iżuru dan il-pajjiż. Din il-lista issa tinkludi lil Malta, flimkien ma’ Ċipru u l-Irlanda. 

Min-naħa l-oħra, is-Serbja għadha mhix inkluża f’din il-lista l-ġdida. 

L-organu nazzjonali li qiegħed jikkoordina l-ġlieda kontra l-Coronavirus fil-Montenegro kien diġà qal li se jaġġorna din il-lista darba fil-ġimgħa. 

Fir-rigward tas-Serbi li għandu l-kumpaniji tagħhom fil-Montenegro, l-ambaxxatur għas-Serbja qal li dawn jistgħu jidħlu fil-pajjiż jekk jobdu ċerta kundizzjonijiet, fosthom li jiżolaw ruħhom. 

Ekonomija

Sport