Saturday, December 14, 2024

“Il-mument li nagħmlu l-Belt qisha Paceville, ħadd mhu se jkompli jiġi hawn”

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Id-Deputat Nazzjonalista Mario De Marco qal li jekk naħsbu li n-nies jiġu l-Belt u jmorru fir-ristoranti għax il-mużika tindaqq fil-Belt Valletta mill-11.00 p.m. sas-1.00 a.m., ifisser li m’aħniex nifhmu għalfejn in-nies imorru l-Belt. Qal li n-nies jiġu l-Belt għax hi differenti u unika. Tenna li “l-mument li nagħmlu l-Belt qisha Paceville, San Ġiljan jew il-Qawra ħadd mhu se jkompli jiġi hawn”. 

De Marco kompla billi enfasizza fuq il-bżonn li nżommu dak li jagħmel il-Belt distint minn lokalitajiet oħra. Huwa appella wkoll lill-Gvern u lill-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo biex jara x’jgħid il-pjan nazzjonali għat-turiżmu dwar il-Belt u jgħid jekk dan l-Avviż Legali hux se jkollu destinazzjoni ta’ kwalità li jirrikjedi dan l-istess pjan.

Ekonomija

Sport