Monday, August 25, 2025

“Il-mużika ilha ġo fija minn mindu kont żgħira… issa tgħini minħabba l-kundizzjoni tal-ADHD

- Intervista ma’ DJ Amanda Mousu

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

“Din l-inspirazzjoni fil-mużika ilha ġo fija minn mindu kont żgħira. Minn dejjem xtaqt naħdem bħala Dj. Kont se nibda ndoqq daqs sebgħa snin ilu iżda l-bambin għoġbu jtini teżor li huwa ibni Zayn”

Hekk bdiet biex qaltilna f’intervista ma’ dan il-ġurnal Amanda Mousu li taħdem bħala DJ, fejn spjegatilna li l-mużika tgħinha minħabba li hi għandha l-kundizzjoni tal-ADHD. Qaltilna li llum-il ġurnata tħossha li waslet fejn waslet bl-għajnuna tat-tfajla tagħha, tant li ddiskrevietha bħala l-ikbar sapport tagħha. 

Irrimarkat kif kienet it-tfajla tagħha inizjalment li ħarġet bl-idea li terġa’ tibda ddoqq wara l-mewt ta’ ħuha u minħabba l-istess raġuni kienet qed tħossha imdejjqa. Żiedet tgħid li bħal donnu t-tfajla ta’ Amanda, indunat li Amanda kellha bżonn xi ħaġa bħala terapija u kien għalhekk li qaltilha bil-mużika. 

Mousu qalet; “Għalija li nara n-nies jieħdu pjaċir huwa ta’ sodisfazzjon kbir. Nieħu pjaċirr nara n-nies jiżfnu. Għalija dik hija ħaġa kbira, li nara n-nies kuntenti b’xi ħaġa li nkun qiegħda nagħmel jien stess.”

Dwar it-tfajla tagħha, Amanda enfasizzat li hi għenitha tfittex post fejn setgħet iddoqq, bħal każini u postijiet oħra. Hawnhekk, spjegatilna li ma kienet xejn faċli għal bidu, infatti kien hemm mumenti fejn Amanda nnifisha bdiet taqtha qalbha. 

Qalet li ħabiba tagħha minn Birkirkara għenitha billi kellimitilha lil DJ Sue u kien minn dak il-mument fejn ħasset li l-affarijiet bdew imorru għal l-aħjar. Żiedet tgħid li sabet għajnuna kbira mingħand DJ Sue għax bdiet ittiha kuraġġ biex ma’ taqta’ qalbha qatt. 

Dwar il-mużika nnifisha u fejn iddoqq hi stess, Amanda qaltilna; “Sirt indoqq ħafna il-każin ta’ Birkirkara kull nhar ta’ Sibt. Indoqq ukoll postijiet oħra u l’hena tiegħi jien li nkun man-nies”. 

Tenniet biilli wasslet ir-ingrazzjament tagħha. Qalet li tixtieq tibda billi tirringrazzja minn qalbha lit-tfajla għax li kieku mhux bis-saħħa tagħha, dan kollu ma’ kienx ikun possibbli. Irringrazzjat ukoll lil sħabha u lil familja, tal-għajnuna li jtuha speċjalment fit-tifel u lil kollegi tax-xogħol tal-għajnuna u s-sapport 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport