Friday, May 3, 2024

Il-MWL jitlob għal ażil għal dawk li qed jaħarbu mill-Afganistan

Aqra wkoll

Il-Malta Women’s Lobby (MWL), fi stqarrija li ħareġ ħeġġeġ lill-istati membri tal-Unjoni Ewropea, inkluża Malta sabiex jassiguraw passaġġ ħieles u sigur lil dawk l-Afgani li qed jaħarbu mir-reġim tat-Taliban. Sostnew ukoll li l-awtoritajiet għandhom jagħtu prijorita lin-nisa u tfajliet Afgani li qed ifittxu ażil u jikkunsidrawhom bħala vittmi ta’ vjolenza tal-ġeneru.

Il-MWL saħaq illi l-Unjoniu Ewropea u l-istati membri filwaqt li għandhom joffru kull għajnuna umanitarja lill-poplu tal-Afganistan għandhom ukoll jagħtu b’mod kollettiv status ta’ refuġjat lil dawk kollha li qed jaħarbu u qed ifittxu ażil.

Fakkar ukoll fil-biża kbir li nħolqot fost in-nies minn mindu r-reġim tat-Taliban reġa ħa l-pajjiż f’idejħ, liema biża feġġet mit-theddid ta’ qtil u mġieba vjolenti mit-Talibani.

Lura għas-snin disgħin meta t-Talibani kienu fit-tmexxija tal-pajjiż in-nisa kienu pprojbiti milli jattendu l-iskejjel għall-edukazzjoni tagħhom u kif ukoll milli joħorġu jaħdmu.

F’dawn l-aħħar ġħoxrin sena in-nisa Afgani mxew’il quddiem u għamlu avvanzi sinifikanti fl-ugwaljanza tal-ġeneru iżda issa nħoloq periklu kbir li dan kollu jitreġġgħu lura. Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, il-MWL ħeġġeġ lill-Gvern Malti u l-istati membri tal-UE biex jibgħatu sinjal ċar u qawwi illi l-vjolazzjoni tad-drittijiet tan-nisa m’hijiex tollerabbli iktar.

Sport