Saturday, May 4, 2024

“Kellu x-xewqa li jara t-tim Nazzjonali Afgan jikber fuq livell globali”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Żagħżugħ prominenti fost il-vittmi tal-ġenn fl-ajruport ta’ Kabul mal-ħakma tat-Talibani

Plejer tal-futbol prominenti kien fost dawk li mietu waqt li ppruvaw jaħarbu mill-Afganistan aktar kmieni din il-ġimgħa. Mohammad Zaki Anwari ta’ 19-il sena kien jidher li se jiprometti b’futur sabiħ quddiemu mat-tim nazzjonali. Minkejja dan fit-tentattiv tiegħu li jżomm din il-ħolma tiegħu ħajja u li għalhekk kien jeħtieġlu li jaħrab mill-ħajja taħt it-Talibani huwa spiċċa wieħed mill-vittmi fl-ajruport internazzjonali ta’ Kabul.

Wieħed mill-ħbieb li tkellem wara din l-aħbar traġika qal li huma kellhom sezzjoni ta’ taħriġ jum biss qabel it-Talibani ħatfu l-belt ta’ Kabul. Rahil Abid, iż-żagħżugħ li lagħab ma’ Anwari fin-nazzjonal ta’ taħt is-16-il sena sa minn meta kellhom 12-il sena qal li l-vittma kien difensur ċentrali b’talent kbir. “Il-ħolma tiegħu kienet li jkabbar it-talent tiegħu li li l-Afganistan bħala pajjiż isib post tajjeb fuq livell globali.

Iż-żagħżugħ kien wieħed minn dawk li fi stat ta’ disperament qabbdu mal-ġwienaħ tal-ajruplan jew mat-tajers tiegħu bil-ħsieb li jitbiegħdu mit-tmexxija tat-Talibani.

Sport