Wednesday, April 24, 2024

Il-PA tirrifjuta l-bini ta’ 6 sulari minflok dar f’UCA f’Tas-Sliema

Aqra wkoll

 Żvilupp propost li fittex li jwaqqa’ proprjetà eżistenti u jinbnew 5 units b’kamra tas-sodda waħda u duplex penthouse b’żewġt kmamar tas-sodda fi Triq Santa Margerita fiż-żona ta’ konservazzjoni urbana Tas-Sliema ġie irrifjutat mill-Kummissjoni tal-Ippjanar. 

Il-Kummissjoni qablet mar-rakkomandazzjoni tad-Direttorat tal-Ippjanar tal-Iżvilupp li l-għoli u l-volum tal-bini propost jikkompromettu l-istreetscape ta’ żewġ/tliet sulari. Il-Kummissjoni nnutat li minkejja li l-iżvilupp propost imiss ma’ żvilupp antik ta’ sitt sulari, ma jistax iservi bħala preċedent biex jitħassar l-istreetscape eżistenti bi blank party wall ġdid. 

Għalkemm l-applikant qabel li żżomm il-faċċata u ċerti karatteristiċi arkitettoniċi fil-pjan terran, l-għoli propost baqa’ kwistjoni ta’ kontenzjoni. Il-Kummissjoni ivvotat biex l-applikazzjoni tiġi miċħuda. 

Triq Santa Margerita u l-inħawi immedjati għadhom iżommu wħud mill-isbaħ streetscapes ippreservati b’ħafna bini residenzjali ddisinjat minn esponenti prominenti tal-Art Nouveau u Deco. 

Sport