Quddiesa fis-solennità tat-Tlugħ fis-Sema tal-Vergni Mqaddsa Marija, immexxija mill-Arċisqof Charles Jude Scicluna, li ġiet iċċelebrata dalgħodu, fil-Katidral ta’ San Pawl, l-Imdina. Wara l-Quddiesa, l-Arċisqof zar is-Santwarju tal-Madonna tas-Saħħa fil-Knisja ta’ San Franġisk, ir-Rabat, biex jitlob ir-Rużarju u l-att ta’ konsagrazzjoni lill-Vergni Marija Omm tas-Saħħa. It-talb ġie offrut għas-saħħa ta’ pajjiżna u għal dawk kollha milquta mill-pandemija tal-COVID-19.
Fl-omelija, l-Arċisqof semma’ kif il-pandemija tal-COVID-19 urietna kemm aħna dgħajfin. Huwa qal li “virus ċkejken iniżżlek għarkupptejk f’kull aspett ta’ saħħa, ta’ opportunitajiet, ta’ libertà li tiddeċiedi, ta’ saħħa finanzjarja … virus ċkejken li ma tistax tarah imma ma jeqridlekx biss il-pulmun imma tant affarijiet oħra”.