Tuesday, May 14, 2024

Il-Papa Franġisku fi triqtu lejn Malta

Aqra wkoll

Illum tibda ż-żjara uffiċjali tal-Papa ġewwa pajjiżna. Proprju ftit tal-ħin ilu l-Qdusija Tiegħu tela’ fuq l-ajruplan tal-ITA Airways u issa jinsab fi triqtu lejn Malta fejn mistenni jasal fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta għall-ħabta tal-10.00a.m.

Hemhekk il-Papa se jkun qed jiġi milqugħ b’ċerimonja ta’ merbħa. 

Għall-ħabta tal-10.50a.m. se ssir żjara ta’ korteżija lill-President ta’ Malta fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, segwita minn laqgħa mal-Prim Ministru Robert Abela u wara mal-Awtoritajiet u l-Korp Diplomatiku.

Ilum wara nofsinhar għall-ħabta tal-3.50pm il-Papa Franġisku se jkun qed iżur il-gżira Għawdxija u se jitlaq bil-katamaran mill-Port il-Kbir.

Sport