Saturday, December 21, 2024

Il-Papa Franġisku jniedi konsultazzjoni dwar ir-riforma fil-Knisja

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku nieda dak li xi wħud jiddeskrivu bħala l-iktar tentattiv ambizzjuż ta’ riforma Kattolika għal dawn l-aħħar 60 sena.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet fil-Vatikan inbeda l-proċess ta’ konsultazzjoni, li se jieħu madwar sentejn, mal-parroċċi Kattoliċi madwar id-dinja b’rabta mad-direzzjoni futura tal-Knisja. 

Xi Kattoliċi esprimew it-tama li din se twassal għal bidla fuq kwistjonijiet bħall-ordinazzjoni tan-nisa, saċerdoti miżżewġa u relazzjonijiet tal-istess sess. Mill-banda l-oħra, oħrajn qed jibżgħu li din tista’ timmina l-prinċipji tal-Knisja.

Il-Papa Franġisku appella lill-Kattoliċi biex “ma jibqgħux imbarazzati fiċ-ċertezzi tagħhom” iżda biex “jisimgħu lil xulxin”. “Aħna mħejjija għall-avventura ta’ dan il-vjaġġ? Jew nibżgħu minn dak mhux magħruf u nippreferu nsibu kenn fl-iskużi tas-soltu: ‘Huwa inutli’ jew ‘Aħna dejjem għamilnieha b’dan il-mod?”, żied jistaqsi l-Papa Franġisku.

Il-proċess ta’ konsultazzjoni msejjaħ “Għal Knisja Sinodali: Komunjoni, Parteċipazzjoni u Missjoni,” se jaħdem fi tliet stadji. Fl-ewwel fażi n-nies fil-parroċċi u d-djoċesijiet se jkunu jistgħu jiddiskutu firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet. It-tieni fażi hija dik “kontinentali” li se tara l-Isqfijiet jinġabru biex jiddiskutu u jifformalizzaw is-sejbiet tagħhom. L-aħħar fażi hija dik universali fejn se jiltaqgħu l-Isqfijiet għal xahar sħiħ fil-Vatikan f’Ottubru tal-2023.

Ekonomija

Sport