“Kemm jekk temmen kif ukoll jekk le, ilbieraħ ntemm kapitlu importanti fl-istorja. Il-Papa Franġisku ma kienx biss mexxej spiritwali imma simbolu ta’ umiltà, ġentilezza u kuraġġ f’mumenti diffiċli”.
Dan iddikjarah Johan Mifsud permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega li minkejja li huwa Kattoliku, mhux dejjem qabel ma’ kollox li toħroġ mill-Knisja.
Spjega kif; “Minkejja dan, ħassejtni milqut bil-mewt tiegħu. F’nofs struttura iebsa u riġida, ġab miegħu sens ta’ ġentilezza u qalb li tħoss. Kien hemm xi ħaġa fik li misset lill-qlub ta’ ħafna”.