Friday, November 22, 2024

Il-Papa jagħlaq il-barka tiegħu b’appell biex in-nies titlob għalih

Aqra wkoll

Fil-messaġġ tiegħu fil-bidu tas-sena l-Papa Franġisku beda biex isellem il-memorja ta’ Benedittu XVl.

Franġisku qal li waħda mit-tagħlimiet li jeħtieġ li nħaddnu f’din is-sena l-ġdida hija dik ta’ Marija bħala omm Ġesu. Huwa fakkar li minkejja ħafna tbatijiet matul il-vjaġġ sa Betlem u fejn saħansitra kellha twelled fi stalla tal-bhejjem, lil dawk li marru biex jaraw lit-tarbija ma qagħditx tgħidilhom kemm batiet biex tisraq l-attenzjoni, iżda ffukkat fuq il-bżonnijiet ta’ binha li kellu jgħix l-ewwel ġranet f’dawk il-kundizzjonijiet.

Huwa tkellem dwar id-diversi kunflitti madwar id-dinja u qal li għalkemm mhuwiex perjodu faċli biex titlob għall-paċi, anke minħabba t-tbatijiet li għaddejjin anke fl-Ukrajna, huwa saħaq li quddiem il-ħniena ta’ Alla ħadd m’għandu jaqta’ qalbu. Franġisku qal li quddiem il-mewt u t-tiġrif, qiegħda tiżdied l-għajta kontra l-gwerra u li l-pandemija għallmitna li ħadd ma jista’ jsalva waħdu iżda li fuq livell kollettiv nistgħu nagħmlu progressi kbar.

“Filwaqt li nawguralkom il-Ħadd it-Tajjeb u sena mill-aqwa, nitlobkom ma tinsewx titolbu għalija”, temm jgħid il-Papa.

Sport