Friday, May 3, 2024

Il-Papa jaħtar lil Mons Sandro Overend Rigillo Isqof għal Bengażi

Aqra wkoll

Il-Papa Franġisku ħatar lill-Patri Franġiskan Malti Mons Sandro Overend Rigillo bħala Vigarju Appostoliku ta’ Bengażi fil-Libja. In-nomina tħabbret mis-Santa Sede aktar kmieni llum. 

Il-Vikarjat Appostoliku ta’ Bengażi twaqqaf fl-1927, oriġinarjament bħala l-Vikarjat Appostoliku ta’ Crenaica. Fl-1939 assuma t-titlu attwali tiegħu wara li partijiet mit-territorju għaddew taħt ir-responsabbiltà tal-Vikarjat Appostoliku ġdid ta’ Derna.

Patri Overend Rigillo fil-passat serva bħala delegat ġenerali tal-Ordni tal-Franġiskani fil-missjoni tagħhom fil-Libja.

Fi stqarrija, il-Kurja qalet li l-Arċisqof Charles Scicluna, l-Isqof Anton Teuma u l-Isqof Awżiljarju Joseph Galea-Curmi min-naħa tagħhom ferħu lil Patri Sandro Overend Rigillo OFM għall-ħatra tiegħu.

Sport