Tuesday, April 30, 2024

ARA: Jaħtaf lil uliedu fi stat ta’ paniku mat-theżżiż ta’ terremot f’Alaska

Aqra wkoll

Terremot b’qawwa ta’ 7.3 għadu kemm laqat ‘il barra mill-kosta ta’ Alaska fl-Istati Uniti. F’wieħed mill-filmati li qiegħed jinxtered fil-midja soċjali juri raġel li jidher qiegħed jaħtaf lil uliedu fi stat ta’ paniku waqt li r-residenza fejn kienu spiċċat mheżża mit-terremot.

It-terremot wassal għal twissija ta’ tsunami kmieni dalgħodu, li minn dak il-ħin naqset bħala livell ta’ periklu.

It-terremot laqat żoni bħalma huma l-gżejjer Aleutijani tal-Lvant, il-peniżola tal-Alaska u l-Gżira Kodiak, bin-nies jiġu mħeġġa biex jevitaw il-bajjiet

Jidher li ntbagħtet twissija lil xi residenti ta’ Anchorage, l-akbar belt, iżda s-servizzi nazzjonali tat-temp ikkonfermaw li ż-żona ma ġietx affettwata.

Sport