Monday, December 23, 2024

Il-Papa jerġa’ jagħti l-barka tiegħu lil dawk miġburin fi Pjazza San Pietru għall-ewwel darba fi kważi tliet xhur

Aqra wkoll

Il-pubbliku llum irritorna lura fi Pjazza San Pietru biex jirċievi l-barka tal-Papa għall-ewwel darba fi kważi tliet xhur.

Il-Bażilika ta’ San Pietru wkoll reġgħet fetħet mill-ġdid wara l-lockdown tal-coronavirus imposta mill-Gvern Taljan, b’dawk li jattendu jżommi mar-regoli ta’ social distancing, bil-biċċa l-kbira tagħhom jilbsu maskri protettivi.

Il-Papa għadda l-messaġġ tiegħu b’mod diġitali mil-librerija tiegħu, hekk kif dawk preżenti fil-Pjazza assistew għalih minn fuq skrins li nramaw għal tal-apposta. Sussegwentement il-Papa tfaċċa fit-tieqa minn fejn normalment jagħti l-barka tiegħu lil dawk preżenti.

Matul dawn l-aħħar tliet ġimgħat huwa xorta waħda kien qed jagħti l-barka tiegħu, minkejja li ħadd ma kien qed ikun preżenti fil-Pjazza kaġun tal-pandemija tal-coronavirus.

Intant il-Papa appella biex jitnaqqas l-użu tal-fjuwil fossilu, u appoġġja l-kunsens xjentifiku li l-attività tal-bniedem parzjalment taħti għat-tisħin tad-dinja.

Huwa appella għal riflessjoni fuq l-ambjent għat-12-il ahar li ġejjin, kif wieħed jista’ jipproteġih b’mod aħjar, u kif nistgħu ngħinu lil dawk l-aktar vulnerabbli għall-bdil tal-klima.

Ekonomija

Sport