Sunday, May 19, 2024

Hong Kong mill-ġdid maħkuma minn dimostrazzjonijiet

Aqra wkoll

Dimostranti f’Hong Kong kienu involuti fi ġlied mal-Pulizija, f’turija ta’ oppożizzjoni kontra d-deċiżjoni taċ-Ċina li żżid il-kontroll tagħha fuq it-territorju Ċiniż. Dik tal-lum kienet l-akbar dimostrazzjoni li żvolġiet f’Hong Kong sa minn mindu l-belt sfat maħkuma mill-pandemija tal-coronavirus f’Jannar.

Rapportifil-midja lokali jgħidu li l-Pulizija u l-forzi tal-ordni kellhom jagħmlu użu minn kanuni tal-ilma u gass tad-dmugħ wara li mijiet ta’ dimostranti nġabru biex juru d-diżapprovazzjoni tagħhom kontra leġiżlazzjoni dwar is-sigurtà nazzjonali.

Il-Pulizija wissew lill-miġegħma li kienu qed jieħdu sehem f’attività illegali u fi stqarrija li ħarġu aktar tard qalu li d-dimostranti anke tefgħu xi oġġetti fil-konfront tagħhom.

Mill-inqas 180 persuna sfaw arrestati, filwaqt li mill-inqas erba’ uffiċjali tal-Pulizija ndarbu.

Sport