Saturday, December 21, 2024

Il-Papa jieqaf jitlob u jqim lil San Gejtanu

Aqra wkoll

Storika għal Malta u b’mod speċjali għall-Ħamrun il-ġurnata tas-Sibt meta l-istatwa titulari ta’ San Gejtanu kienet fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. 

Hawnhekk l-istatwa kellha post prominenti fiċ-ċelebrazzjoni tal-ħames ċentinarju minn meta San Gejtanu waqqaf l-ordni tal-Patrijiet Teatini.

Kien propju Robert Aloisio qal dan permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn spjega lisigħat biss wara li wasal il-Vatikan mill-itwal vjaġġ li għamel fil-pontifikat u li ħadu f’erba’ pajjiżi, is-Sibt filgħodu, il-Papa Franġisku waqaf jitlob u jqim l-istatwa titulari ta’ San Gejtanu tal-Ħamrun – xogħol l-istatwarju Malti Karlu Darmanin – li kellha post ċentrali fil-Bażilika ta’ San Pietru fil-Vatikan. 

Kompla jispjega li l-okkażjoni hi t-tifkira ta’ meta fl-14 ta’ Settembru 1524, bħal-lum 500 sena, San Gejtanu waqqaf l-Ordni tal-Patrijiet Teatini. 

Tenna li dan kollu seħħ quddiem għajnejn pellegrini minn madwar id-dinja fosthom mijiet ta’ Ħamruniżi li telgħu Ruma għall-okkażjoni u Maltin oħra li nzertaw hemmhekk.

Ekonomija

Sport