Il-kwistjoni taċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-Libja li fihom jinżammu l-immigranti, minn żmien għal żmien jissemmew għal kundizzjonijiet inumani b’mod partikolari torturi li jitwettqu fuq immigranti Afrikani. Dan hu konfermat minn esperjenzi ta’ immigranti li fl-aħħar snin ġew salvati u urew il-marki li kien għad kellhom fuq ġisimhom minħabba it-tortura.
Fl-aħħar jiem il-Papa Franġisku xebbaħ iċ-ċentri ta’ detenzjoni tal-immigranti fil-Libja ma’ kampijiet ta’ konċentrament. Hu qal li d-dinja kienet qed tingħata biss viżjoni ħafifa tal-ħajja miżera li r-residenti kienu qed jgħixu f’dawn iċ-ċentri.
Il-Papa Franġisku kien anke talab biex jingħalqu dawn iċ-ċentri Hu qal li hemm il-gwerra fil-Libja u uża l-kelma lager, li hija verżjoni mqassra tal-kelma Ġermaniża ‘Konzentrationslager’, li tfisser kampijiet ta’ konċentrament.
“Kull ma kellhom dawn il-persuni kienet it-tama li jirnexxielhom jaqsmu l-Mediterran” qal il-Papa.