Sunday, December 22, 2024

Il-Papa jiltaqa’ ma’ mara fil-Mongolja li kienet sabet statwa tal-Madonna fiż-żibel

Aqra wkoll

Hekk kif Papa Franġisku kompla bil-vjaġġ tiegħu fil-Monġolja, sab il-ħin biex jiltaqa’ ma’ mara anzjana li għaxar snin ilu sabet statwa tal-Madonna fiż-żibel.

Il-komunità Nisranija fil-pajjiż hija żgħira ħafna tant li hemm biss 8 Parroċċi, iżda minkejja dan xorta waħda Papa Franġisku ħatar l-iżgħar Kardinal minn dan il-pajjiż.

F’messaġġ li għadda l-Papa qal li jinsab kuntent ħafna li skopra l-istorja tal-Madonna li nstabet fiż-żibel. Jirriżulta li l-ftit Insara li hemm fil-pajjiż qegħdin imorru jitolbu lil Madonna li nstabet fiż-żibel u li issa qiegħda tinżamm fil-Katidrall ta’ San Pietru u San Pawl li hemm f’Ulaanbaatar.

Intant, minkejja l-età tiegħu, il-Qdusija Tiegħu Papa Franġisku I kompla bil-vjaġġ tiegħu fil-Monġolja fejn kellu divesi laqgħat ma’ uffiċjali tal-pajjiż. Hu kompla jitlob biex fid-dinja jkun hawn il-paċi kif ukoll biex l-Insara madwar id-dinja ma jiġux ippersegwitati minħabba li jkunu f’minoranzi.

Ekonomija

Sport