Sunday, December 29, 2024

Il-parata tal-players Arġentini fi Buenos Aires kellha tiġi abbandunata

Aqra wkoll

Iċ-champions tad-dinja l-Arġentina, kellhom jabbandunaw parata fi Buenos Aires. Huma kellhom jabbandunaw ix-xarabank miftuħa fejn ittellgħu fuq helicopter biex isellmu lill-miljuni ta’ partitarji li litteralment ħonqu l-belt kapitali. 

Din il-parata kienet ippjanat li ddum tmien sigħat iżda ċ-ċelebrazzjonijiet fit-toroq ippakkjati saru kaotiċi tant li x-xarabank ma setgħetx tiċċaqlaq aktar. 

“Kien impossibbli li nkomplu bil-parata minħabba li ma stajniex niċċaqalqu,” qalet rappreżentanza tal-FA Arġentina. 

Filmati fuq il-media soċjali bdew juru partitarji jaqbżu minn fuq pont għal ġox-xarabank miftuħa fejn kien hemm il-players … b’wieħed mill-partitarji jaqbeż minn fuq dan il-pont, jaħbat daru max-xarabank u jinstabat mal-art. 

Il-Gvern Arġentin iddikjara li l-ġurnata tat-Tlieta kienet festa nazzjonali wara li Lionel Messi u sħabu għelbu lil Franza fil-finali tal-Ħadd  li għadda. 

Madwar erba’ miljun partitarju niżlu fit-toroq ta’ Buenos Aires biex jiċċelebraw dan is-suċċess. 

“Illum l-Arġentina esperjenzat waħda mill-aktar ċelebrazzjonijiet straordinarji fl-istorja tagħha. Il-poplu Arġentin kien f’għaqda waħda,” qal kelliemi għall-gvern.

Il-vjaġġ tax-xarabank bil-players, kellu jintemm ħdejn il-monument emblematiku tal-Obelisk tal-belt kapitali, fejn mijiet ta’ eluf kienu nġabru u ħolqu atmosfera ta’ festa.

Iżda l-forzi tas-sigurtà ma ħallewx lix-xarabank tkompli bil-vjaġġ tagħha lejn  Plaza de la Republica – il-pjazza pubblika fejn hemm l-Obelisk – wara li wħud miċ-ċelebrazzjonijiet saru kaotiċi u inkontrollabbli. 

F’din il-partita, żagħżugħa ta’ 18-il sena tilef ħajtu minħabba l-ġrieħi li ġarrab f’rasu filwaqt li tifel ta’ ħames snin jinsab f’koma.

Ekonomija

Sport