Friday, November 15, 2024

Il-Parlament Ewropew iwaqqaf il-bejgħ ta’ karozzi bil-petrol u d-diesel mill-2035

Aqra wkoll

Il-Parlament Ewropew, se jkun qiegħed iwaqqaf il-bejgħ tal-karozzi kollha li jaħdmu bil-petrol jew bid-diesel fil-pajjiżi kollha tal-Unjoni Ewropea. Din il-miżura se tidħol fis-seħħ fis-sena 2035.

Il-Parlament Ewropew approva dan b’340 vot favur, 279 kontra filwaqt li kien hemm 213-il astensjoni.

Il-pjan tal-Unjoni Ewropea hu li sal-2050, il-pajjiżi kollha membri jkunu ħielsa minn vetturi li jdaħħnu u li ma jagħmlux ġid lil ambjent. Biex tintlaħaq din il-mira, kellha tidħol din id-direttiva biex b’hekk il-produtturi tal-karozzi jneħħu l-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju.

Il-pajjiżi membri ilhom jinnegozjaw din id-direttiva sa mis-sena li għaddiet filwaqt li l-aħħar voti dwarha se jittieħdu aktar tard f’Marzu li ġej.

Kull min għandu karozzi li jaħdmu b’dan it-tip ta’ fjuwil xorta waħda jista’ jibqa’ juża l-krozza wara l-2035 filwaqt li wieħed jista’ jixtri u jbiegħ dawn it-tip ta’ karozzi li jkunu second hand.

Ekonomija

Sport