Sunday, December 22, 2024

Il-Parlament Ingliż mistenni japprova pjani għal “Parlament virtwali” waqt din il-pandemija

Aqra wkoll

Il-membri parlamentari Ingliżi mistennija jappoġġjaw pjani biex ikun hemm Parlament virtwali ħalli jkunu jistgħu jkomplu bl-iskrutinju tal-Gvern waqt il-lockdown minħabba l-Coronavirus. 

Il-Parlament Ingliż se jirritorna llum wara l-vaganzi tal-Għid u l-membri se jintalbu japprovaw mozzjoni li ġġib tibdil fil-mod kif jaħdmu minħabba l-miżuri tad-distanza soċjali li huma fis-seħħ. 

Il-mudell propost, u li mistenni jiġi approvat, se jħalli li jkun hemm massimu ta’ 50 membru preżenti fil-kamra, filwaqt li 120 membru ieħor jieħdu sehem mid-dar jew mill-uffiċċju permezz ta’ screens li jitpoġġew fil-Parlament. 

L-Ispeaker Lindsay Hoyle mistenni jmexxi d-diskussjonijiet minn Westminster. 

Barra hekk, il-bibien tal-House of Commons se jinżammu miftuħin, il-membri parlamentari se jintalbu jpoġġu żewġ metri ‘l bogħod u ma jitħallewx jgħaddu noti lil xulxin. 

Ekonomija

Sport